Internazzjonali Mużika

Ta’ 87 sena, imut l-ikona tar-Rock’n’Roll Little Richard

CIRCA 1957: Musician Little Richard performs onstage with his band as his saxophone player Grady Gaines stands on the piano in circa 1957 in scene from the movie 'Mister Rock And Roll.' (Photo by Michael Ochs Archives/Getty Images)

Good Golly Miss Molly u Tutti Frutti kienu biss tnejn mis-suċċessi kbar ta’ wieħed mill-missirijet tar-Rock’n’Roll, Little Richard.

Rapporti mill-Istati Uniti qed jgħidu li l-kantant popolari tal-ħamsinijiet miet fl-età ta’ 87 sena.

Ibnu Danny Penniman ikkonferma l-mewt ta’ missieru iżda ma elaborax dwar il-kawża tal-mewt.

Il-mużika ta’ Little Richard kienet taħlita sabiħa ta’ boogie woogie, rythm and blues, u gospel u baqgħet influwenti għal ħafna snin fuq bosta kantanti u gruppi, fosthom il-Beatles, Elton John, Prince u David Bowie.

Hu biegħ aktar minn 30 miljun diska madwar id-dinja, u kien wieħed minn tal-ewwel li għamilha fir-Rock Hall of Fame flimkien ma’ Chuck Berry, James Brown, Elvis Presley u Buddy Holly.