Internazzjonali

Tkompli l-istraġi fl-Amażon

Filwaqt li d-dinja kollha qed tissielet mal-uċuh kollha tal-pandemija, kemm dawk mediċi, kif ukoll dawn ekonomiċi fost l-oħrajn, fil-Brazil baqa’ għaddej il-massakru tal-foresta tal-Amażon.

Dan wassal biex issa qed jiteħħjew it-truppi tiegħu bil-għan li jippruvaw jikkontrollaw il-qtugħ illegali tas-siġar.

Skont l-aġenzija tar-riċerka spazjali Brażiljana, iż-żona meqruda f’April li għadda hija 64% akbar minn dik imqaċċta fl-istess xahar is-sena li għaddiet, u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, l-attività illegali tat-tqaċċit tas-siġar żdiedet b’55% fuq l-2019.

Il-mexxej Brażiljan Jair Bolsonaro qed jiċħad allegazzjonijiet ta’ ambjentalisti li l-poltika tiegħu qed tinkoraġġixxi din l-attività illegali.