10 TA’ MEJJU 1987
Tlieta u tletin sena ilu, Napoli kisbu l-punt li kellhom bżonn biex jaċċertaw mir-rebħ tal-ewwel kampjonat fl-istorja tagħhom. Fi Stadio San Paolo, it-tim immexxi minn Ottavio Bianchi spiċċa 1-1 kontra Fiorentina, bil-Viola jsalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni Taljana.
Napoli f’dak l-istaġun kellhom plejers bħal Bruno Giordano, Andrea Carnevale, Salvatore Bagni, Ciro Ferrari u fuq kollox l-istilla Diego Armando Maradona. ANDREA CARNEVALE kien poġġa lin-Naplitani fil-vantaġġ man-nofs siegħa logħob iżda ROBERTO BAGGIO ġab id-draw disa’ minuti wara bi free-kick li spiċċa wara Claudio Garella.
L-eqreb rivali tagħhom Inter kienu megħluba minn Atalanta 1-0 barra minn darhom. Il-gowl li fired liż-żewġ timijiet wasal fit-38 minuta b’awto-gowl ta’ Ricardo Ferri. Juventus laħqu lil Inter wara draw ta’ 1-1 fi Stadio Bentegodi kontra Verona. Fit-tieni taqsima, PREBEN ELKJÆR kien poġġa lil Verona fil-vantaġġ minn penalty, b’LIONELLO MANFREDONIA jġib id-draw ħames minuti wara.
Fl-aħħar logħba tal-kampjonat, Napoli kienu miżmuma minn Ascoli 1-1 barra minn darhom, Inter spiċċaw 0-0 kontra Verona u Juventus rebħu 3-2 kontra Brescia biex kienu huma li temmew il-kampjonat fit-tieni post. F’dak iż-żmien, il-kampjonat Taljan kien b’16-il tim u għal kull rebħa kienet tingħata żewġ punti.
//= $special ?>