Coronavirus Lokali Saħħa

6 każijiet ġodda ta’ Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa 6 persuni fiequ mill-COVID-19 bit-total ta’ dawk imfejqa issa jitla’ ghal 433.

Il-Professur Chrmaine Gauci, Suprintendent tas-Saħħa Pubblika waqt il-Bulettin Mediku f’Jum l-Omm ħabbret ukoll li minn 1,120 test, ħarġu 6 każi ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna biex issa t-total tela’ 496.

B’hekk il-każi attivi pajjiżna issa jibqgħu 58.

Fost il-każi pożittivi li ħarġu fl-aħħar sigħat hemm raġel Malti ta’ 89 sena li fl-aħħar jiem kellu kuntatt mal-anzjan li tilef ħajtu fl-isptar Karin Grech.

Charmaine Gauci ħabbret ukoll li fost is-6 każi ġodda kien hemm żewġ healthcare workers li jaħdmu fis-sezzjoni tal-ENT fl-isptar Mater Dei.

Intant, filwaqt li l-maġġoranza tal-persuni attivi bil-virus f’Malta u Għawdex qed joqgħodu fir-residenzi tagħhom, hemm żewġ pazjenti f’Mater Dei, tlieta fl-Isptar Boffa u tlieta fl-Isptar St. Thomas.

Mistoqsija minn NET News il-Professur Gauci tkellmet dwar testijiet li qed isiru fuq immigranti abbord bastimenti ‘l barra minn xtutna li imbgħad ir-riżultat tagħhom qed joħroġ f’pajjiżna.

Hi wieġbet ukoll mistoqsijiet dwar il-pass li jmiss fir-rigward ta tneħħija ta’ aktar miżuri fejn saħħqet li wieħed irid jara kif se jmorru l-miżuri li bdew it-Tnejn li għadda u dawn se jingħataw tliet ġimgħat qabel joħorġu miżuri oħra.