Il-Partit Nazzjonalista jirreferi għad-dikjarazzjoni mill-iktar żbaljata li għamel lbieraħ l-ambaxxatur ta’ pajjiżna għall-Finlandja fuq Facebook fejn ddikjara li “75 years ago we stopped hitler. Who will stop Angela Merkel? She has fulfilled hitlers dream! To control Europe.”
Permezz ta’ stqarrija l-Kap tal-PN Adrian Delia u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carmelo Mifsud Bonnici intqal li dan huwa aġir mill-iktar skorrett u ‘l bogħod minn kull komportament dinjituż li wieħed jistenna minn membru fil-korp diplomatiku ta’ pajjiżna. Azzjoni li kif jghidu “not becoming of an ambassador”. Infakkru li dan ġie magħżul direttament u fuq inizjattiva unika tal-Gvern Laburista minn barra l-korp diplomatiku ffurmat u ppreparat.
Mhux biss imma huwa wkoll żbaljat fuq il-fatt. Pajjiżna sab appoġġ kostanti mill-Ġermanja u b’mod partikolari mill-Kanċillier Angela Merkel li diversi drabi kienet ħajt ta’ difiża u spalla ta’ appoġġ għalina. Mhux biss li ċertament f’dan il-mument partikolari għandna iktar bżonn tiegħu.
Wieħed jista’ jkollu opinjoni varja dwar ħidmietha imma ċertament tibqa’ bniedema demokratika kristjana, ċentru ta’ stabbiltà fil-politika Ewropea, li qatt ma tista’ titqabbel ma’ ideat tal-lemin estrem.
//= $special ?>