Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson mistenni jħabbar pjan ġdid għar-Renju Unit dwar x’miżuri ġodda jistgħu jkunu imposti jew ukoll x’miżuri oħra jafu jitneħħew għall-ġlieda kontra din il-pandemija. Dan mistenni jsir f’messaġġ lin-nazzjon aktar tard illum.
Mistennija wkoll li tiġi mnedija sistema ta’ allert ġdida dwar il-Coronavirus mill-Gvern. Din l-app se tgħin biex il-persuni jkunu jafu aktar dwar din l-imxija, u jkunu jafu wkoll il-periklu ta’ din il-pandemija u jekk tinsabx qribhom jew le.
Johnson mistenni wkoll li jħabbar l-islogan il-ġdid: “stay alert, control the virus, save lives”.
//= $special ?>