Il-President tal-Federazzjoni tat-Tennis ta’ Franza Bernard Giudicelli qal li hemm ċans li l-Open ta’ Franza jintlagħab mingħajr spettaturi. It-tournament li jintlagħab fuq it-tafal, kellu jibda fl-24 ta’ Mejju ġie pospost minħabba l-coronavirus.
Il-Grand Slam ġie skedat li jibda fl-20 ta’ Settembru u jintemm fl-4 ta’ Ottubru, iżda għad hemm dubji jekk it-tournament jistax iseħħ din is-sena. Giudicelli qal li hemm possibbiltà li t-tournament jintlagħab bil-bibien magħluqa għal raġunijiet finanzjarji.
“Li jiġi organizzat mingħajr partitarji tħalli parti mill-ekonomija ddur bħal drittijiet tat-televiżjoni u sponsors. Mhux ta’ min ma jagħtix kas is-sitwazzjoni,” qal Giudicelli lil Le Journal du Dimanche. Rapporti fl-aħħar jiem spekulaw li r-Roland Garros jista’ jerġa’ jkun li jitmexxa b’ġimgħa oħra, iżda fi kliem Giudicelli, dan il-fatt ftit jagħmel differenza.
Għall-ewwel darba, din is-sena l-Grand Slam popolari ta’ Wimbledon ġie kkanċellat filwaqt li x-xahar id-dieħel mistenni jkun hemm aħbar dwar l-Open tal-Istati Uniti, li normalment isir f’Awwissu u mistenni jkun pospost.
//= $special ?>