Internazzjonali

Covid-19: Jimirdu eluf oħra fir-Russja

Ir-Russja reġistrat 11,012-il każ ġdid ta’ Covid-19 fi żmien 24 siegħa, bin-numru totali tal-infezzjonijiet fil-pajjiż jitla’ għal kważi 210,000.

Sadanittant, mat-88 mewta oħra relatata mal-pandemija kienu rappurtati, fil-pajjiż, fejn l-awtoritajiet tas-saħħa ikkonfermaw total ta’ 1,915 vittma.

Il-każi ta’ infezzjoni fir-Russja ilhom l-aħħar ġimgħa jiżdiedu b’rata ta’ ‘il fuq minn 10,000 kuljum.

Dan meta l-uffiċjali tas-saħħa fid-diversi bliet tal-pajjiż qed jattribwixxu dawn iċ-ċifri, f’parti, għall-proċessi tat-testijiet li qed isiru fuq livell tal-massa.

Madankollu, ir-rata tal-imwiet mill-Covid-19 tibqa’ waħda relattivament baxxa fir-Russja – li hi l-ħames l-aktar pajjiż fid-dinja li rrapporta każi ta’ infezzjoni wara r-Renju Unit, l-Italja, Spanja u l-Istati Uniti.