Coronavirus Futbol Sport

Ħames plejers mill-ogħla żewġ diviżjonijiet fi Spanja għandhom il-coronavirus

(Ritratt: EPA)

La Liga kkonfermat fi stqarrija li ħames plejers mill-ogħla żewġ diviżjonijiet fi Spanja ġew pożittivi għal coronavirus. Dan wara testijiet li saru lill-plejers u l-membri tal-istaff il-ġimgħa l-oħra. Il-plejers se jibqgħu fi djarhom u jkomplu t-taħriġ individwali qabel jerġa’ jkollhom eżami ieħor fi ftit jiem oħra, biex jiddeterminaw jekk jistgħux jirritornaw fil-faċilitajiet tal-klabb.

Ħafna klabbs fosthom iċ-champions Barcelona rritornaw għat-taħriġ individwali, bħala parti mit-tieni stadju minn total ta’ erbgħa. Dan bħala parti mill-protokoll mediku ta’ La Liga biex jirritorna l-futbol wara li l-kampjonat kellu jieqaf madwar xahrejn ilu minħabba l-pandemija Real Madrid mistennija jirritornaw għat-taħriġ għada għall-ewwel darba f’xahrejn. La Liga qed tittama li tkompli bil-logħob mingħajr spettaturi f’Ġunju.