Jidher li l-maġġoranza tal-Maltin qed jobdu l-pariri li qed jingħataw mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex jibqgħu fi djarhom, u dan jista’ jixhdu n-numru baxx ta’ każi pożittivi f’pajjiżna.
Filfatt, matul il-jum, wieħed seta’ jinnota nuqqas ta’ karozzi fit-toroq kif ukoll nuqqas ta’ nies f’postijiet pubbliċi. Qed jiġi osservat ukoll il-parir tas-Supritendent tas-Saħħa Pubblika biex wieħed iżomm id-distanza soċjali u ma jkunx fi preżenza ta’ aktar minn erbgħa minn nies.
Hekk kif matul il-jum tal-Ħadd kien ċelebrat Jum l-Omm, numru ta’ persuni żaru d-diversi ċimiterji madwar Malta u Għawdex sabiex isellmu l-memorja ta’ dawk l-ommijiet li m’għadhomx magħna.
Intant, l-appelli mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika qed ikomplu ta’ kuljum… sabiex kemm jista’ jkun wieħed jevita li joħroġ jekk mhux biss għal bżonn.
//= $special ?>