Illum l-Italja rreġistrat l-inqas numru ta’ każi pożittivi għall-COVID-19 minn mindu faqqgħet din il-pandemija.
Filfatt fl-aħħar 24 siegħa kien hemm biss 800 każ ġdid, filwaqt li n-numru tal-imwiet kien dak ta’ 165.
S’issa fl-Italja tilfu ħajjithom iktar min 30,000 persuna, filwaqt li dawk li fiequ issa jammontaw għal 105,186 persuna. It-total ta’ każi pożittivi huwa dak ta’ 219,070.
L-Italja kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li ħabbret lockdown nazzjonali wara li faqqa’ l-Covid-19. Issa, wara xahrejn ta’ kwarantina, it-Taljani qed jippruvaw jerġgħu jirritornaw lura għal ħajja normali, li xi darba kienet, qabel il-Coronavirus.
Mit-Tnejn…. it-Taljani daħlu f’dik li qed tissejjaħ Fażi Tnejn; bdew il-vjaġġi u l-movimenti tan-nies, beda ix-xogħol, jistgżu jsiru zjarat lill-qraba, fetħu l-ġonna u n-nies jistgħu jixtru l-ikel mir-ristoranti permezz ta’ take away.
Dan kollu qed isir b’attenzjoni massima minn naħa tal-awtoritajiet, bil-messaġġ ikun ċar – jekk in-numri jerġgħu jibdew jiżdiedu, kollox jerġa’ jagħlaq.
//= $special ?>