Lokali

AĠĠORNATA: Taljana taqa’ mill-irdum fl-inħawi ta’ Popeye’s Village

Taljana ta’ 19-il sena tista’ tgħoddha b’waħda hekk kif sofriet biss ġrieħi ħfief wara li waqgħet minn irdum fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45 fl-inħawi tal-bajja ta’ prajjiet, viċin Popeye’s Village.

Il-mara waqgħet madwar żewġ sulari waqt li kienet qed tieħu xi ritratti. F’dan il-ħin hija kienet tinsab mal-għarus tagħha, wkoll Taljan, li niżel għaliha biex jagħtiha l-ewwel għajnuna. Magħhom kien hemm ukoll koppja oħra.

Immedjatament fuq il-post waslu Membri tal-Protezzjoni Ċivili, pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei, fejn mal-ewwel bdiet ħidma biex jittellgħu ż-żewġ żgħażagħ.

Aktar tard it-tfajla ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwan dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Filmat: Ivan Castillo