Lokali

Prim Ministru bla kredibbiltà u li jbiddel il-verżjonijiet biex ikun popolist – PN

Fi stqarrijja l-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela mhux kredibbli dwar l-immigrazzjoni irregolari u biex jidher popolist l-ewwel jgħid li mhux se jagħmel kompromessi u li se jagħlaq definittivament il-portijiet imbagħad biddel il-verżjoni u qal li se jerġa’ jagħmel search & rescue u spiċċa jfaħħar lilu nnifsu għax kif mistenni u obbligat qed jaqdi l-obbligi internazzjonali ta’ pajjiżna.

L-immigrazzjoni irregolari hija problema tal-Ewropa kollha iżda biex tinnegozja u tirbaħ s-solidarjetà trid tkun kredibbli, Robert Abela mhux kredibbli, kompliet tgħid l-istqarrija tal-PN.

Robert Abela qed jagħżel it-triq tar-ritaljazzjoni mal-Ewropa mentri l-PN qed jagħżel il-politika tal-persważjoni, fejn inkunu ġusti ma’ dawk li jitolbu l-protezzjoni, sodi ma’ dawk li mhux eleġibbli għall-ażil u ħorox mat-traffikanti kollha li jridu jirkbu fuq it-tbatijiet ta’ persuni vulnerabbli, temmet tgħid l-istqarrija.