Boris Johnson ħabbar li r-Renju Unit ser ikun qed jieħu l-ewwel passi biex itaffi l-lockdown li kien impost minħabba l-imxija tal-COVID-19.
Mill-Erbgħa li ġej, il-Brittaniċi ser jitħallew iqattgħu aktar ħin liberu barra mir-residenza tagħhom fi pjan li għandu jieħu xahrejn fejn il-Prim Ministru ħabbar li l-miżuri se jibqgħu jiġu rilassati ftit ftit.
F’indirizz irrekordjat lin-nazzjon, Boris Johnson qal li l-gvern irid jinkoraġġixxi lin-nies biex jagħmlu aktar eżerċizzju. Hu nkoraġġixxa lil dawk li ma jistgħux jaħdmu mid-dar biex minn għada jidħlu lura għax xogħol mingħajr l-użu ta’ trasport pubbliku.
Il-pjan kollu li ħareġ il-Prim Ministru Ingliż jinkludi miżuri ta’ Social Distacing u huwa biss fl-aħħar ta’ dawn ix-xahrejn li jibdew jiftħu bars u ristoranti madwar il-pajjiż. Dan qed ikun kalkulat li se jsir viċin Lulju.
Fit-tieni fażi ta’ dan il-pjan imħabbar. jekk in-numri jibqgħu jinżlu, Johnson ħabbar li fi żmien xahar jibdew jiftħu xi skejjel tal-primarja.
//= $special ?>