Sport Sport Ieħor

Sir Robin Knox Johnson – Dak li dar id-dinja waħdu

(Ritratt: Intervistà ta' Charles Camenzula ma' Sir Robin Knox Johnson)

Illejla , mill-4.50 pm fuq NetTV is-26 programm mis-sensiela Sport Extra. Fl-ewwel parti tal-programm, l-importanza tingħata liċ-ċkejken triatleta Jake Vella li minkejja li għad għandu ħdax il-sena u jbati minn kundizzjoni rari, xejn ma jżommu milli jikkompeti u jkun ta’ ispirazzjoni għal bosta. B’rabta ma’ Jake Vella, intervistà ma’ missieru Josie Vella u mat-triatleti Fabio Spiteri u Emilia Vella li minn dejjem kienu qrib Jake waqt it-taħriġ u l-kompetizzjonijiet tiegħu.

Fit-tieni parti tal-programm intervistà esklussiva ma’ Sir Robin Knox Johnston, illi 50 sena ilu kien l-ewwel baħħar li rnexxielu jgħamel ir-rotta madwar id-dinja, waħdu fi ftit aktar minn 300 ġurnata . Fl-istess waqt tkellem dwar x’iħoss il-bniedem maqtugħ għaliħ waħdu u dak li jsib quddiemu għall-akbar sfidi possibbli bejn sema’ u baħar. Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Michael Farrugia.