Taljan ta’ 37 sena residenti n-Nadur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-18.00 fi Triq il-Kunċizzjoni, il-Qala Għawdex, tilef il-kontroll tal-mutur Keeway Cityblade u waqa’.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin
//= $special ?>