Lokali Parlament

Il-Gvern sieket dwar serq ta’ fondi pubbliċi minn Ministri għall-media soċjali tagħhom

Il-Gvern ma weġibx u m’għamel ebda stqarrija ministerjali dwar il-każ tal-erba’ ministri tal-Gvern li skont rapport tal-Kummissarju tal-Istandards wżaw fondi pubbliċi għal skopijiet ta’ propoganda personali fuq il-media soċjali tagħhom.

Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li fil-parlament staqsa dwar ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards li stabilixxa li ttieħdu flejjes li kienu maħsubin għal xogħol ministerjali biex jintużaw minn erba’ ministrii għal attivita propogandistika tagħhom.

Il-Ministru tal-Finanzi kien wieħed minn dawn id-deputati li wżaw riżorsi tal-pajjiż għal porpoganda personali.

Meta l-Ispeaker Anġlu Farrugia staqsa lill-ministri tal-Gvern jekk kienitx se ssir stqarrija ministerjali dwar it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, ħadd mill-ministri tal-gvern ma għamel stqarrija ministerjali.

Dan il-każ kien żvelat ftit ilu f’rapport mill-Kummissarju tal-Istandards stabilixxa li l-ministri Edward Scicluna, Aaron Farrugia, Ian Borg u Silvio Schembri kienu wżaw fondi pubbliċi għall-facebook personali tagħhom. Hekk kif kien żvealt dan il-każ il-PN insista li dawn l-erba’ ministri għandhom jirritornaw il-flus li serqu minn flus il-poplu.