Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Anthony Tabone

Il-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ stqarrija ffirmata mill-Vici Kap tal-PN għall-Affarijiet Parlamentari, David Agius u minn Therese Comodini Cachia, Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, l-Kultura u l-Midja, sellem il-memorja ta’ Anthony Tabone li serva f’diversi oqsma b’integrità u professjonalità.

Anthony Tabone serva bħala Chairman tal-Awtorita tax-Xandir fejn ikkontribwixxa għat-tkattir ta’ xandir imparzjali f’pajjiżna. Huwa kien ukoll persuna prominenti fin-negozju u kkontribwixxa f’għaqdiet ta’ min iħaddem. Anthony Tabone ta wkoll kontribut siewi f’diversi entitajiet fis-settur tal-volontarjat.

Permezz tal-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba.