“Ir-rispett lejn il-valuri huwa essenzjali għas-settur”
“Hemm bżonn naħdmu flimkien għal ġid komuni – is-settur finanzjarju Ewropew huwa determinanti kemm għall-Ewropa iżda wkoll għall-bqija tad-dinja”.
Hekk sostnew imsieħba soċjali Ewropej fis-settur finanzjarju wara li fis-7 ta’ Mejju, fil-preżenza tal-Kummissjoni Ewropeja, iffirmaw dikkjarazzjoni konġunta intitolata, ‘Employment Aspects of Providing Financial Services Including Guidance’.
Fi stqarrija, l-Unjin Maltija tal-Impjegati tal-Bank (MUBE), spjegat li dan il-ftehim jelenka b’mod ċar numru ta’ parametri u linji gwida relatati ma fost oħrajn taħriġ tal-impjegati, komunikazzjoni effettiva, kundizzjonijiet tax-xogħol, sostenibilità, valuri professjonali, u data protection.
Il-ftehim sar bil-għan li jintwerew ukoll il-valuri tal-integrità, professjonalità u r-rispett lejn il-liġi. Ġie spjegat li l-imsieħba soċjali Ewropej qablu li wieħed irid ikun ġust u jirrispetta dawn il-valuri; kemm l-impjegati u min iħaddem – sabiex is-servizzi finanzjarji jibqgħu ta’ livell kif jixraq.
L-iffirmar virtwali wasal wara qbil preċedenti fuq teleworking. Dan filwaqt li tħabbar li l-President tal-MUBE, William Portelli, ser ikun ko-ordinatur ta’ Uni Finance fejn għandu x’jaqsam djalogu soċjali Ewropew fis-settur bankarju Ewropew.
//= $special ?>