Futbol Sport

Imut il-plejer żagħżugħ Taljan Andrea Rinaldi

Il-midfielder ta’ Atalanta Andrea Rinaldi miet fl-età ta’ 19-il sena wara li sofra minn kumplikazzjonijiet fil-moħħ. Rinaldi kien parti mit-tim taż-żgħażagħ ta’ Atalanta u kien jinsab b’self mat-tim tas-Serie D Legnano.

L-inċident seħħ waqt li kien qed jitħarreġ fid-dar tiegħu f’Cermenate li tinsab fil-provinċja ta’ Como. Rinaldi kien ittieħed immedjatament fl-Isptar ta’ Varese fejn kien diġà jinsab f’kundizzjoni gravi. Minkejja l-isforzi tat-tobba, Rinaldo miet tlett ijiem wara.