Albaniż ta’ 28 sena residenti Marsaskala kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-08.10 fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa.
Jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħolijiet meta idu inqabdet f’makkinarju tal-konkos.
Minnufih fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>