Lokali

Lejl imdawwal fiċ-Ċittadella b’ringrazzjament għall-frontliners

Fi tmiem il-ġimgħa, ittieħdet l-inizjattiva mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali sabiex saret mixgħela mas-swar maestuż taċ-Ċittadella u fil-Pjazza tal-Katidral.

Dan kollu seħħ is-Sibt, 9 ta’ Mejju, fil-qalbha Għawdxija bħala ringrazzjament lill-frontliners u l-ħaddiema kollha li għaddejjin b’ħidma sfieqa hekk kif il-Gżejjer Maltin qed jaffaċċjaw din il-kriżi pandemika.

Din il-mixgħela saret b’kollaborazzjoni ta’ Beam Lighting u CVC, li offrew is-servizzi tagħhom mingħajr ħlas.