Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna fil-parlament li bil-Liġi tal-Koabitazzjoni l-Gvern qed inaqqas id-drittijiet tal-persuni f’koabitazzjoni propju tliet snin biss wara li kienet saret liġi mill-istess gvern.
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li permezz ta’ din il-Liġi tal-Koabitazzjoni l-Gvern se jkun qed iċaħħad id-drittijiet tal-persuni li jisabu f’koabitazzjoni partikolarment dawk li jinsabu f’koabitazzjoni de facto; li hi koabtiazzjoni li ma tkuxn regolata mil-liġi.
Hu qal li jirriżulta li hawn madwar 4,000 familja li jinsabu f’din it-tip ta’ relazzjoni u għalhekk il-gvern kellu l-obbligu li jiddefendi d-drittijiet ta’ dawn il-persuni. Minkejja dan l-obbligu l-gvern għażel li jwarrab id-drittijiet tagħhom.
Hu staqsa x’sar minnha l-konsultazzjoni li l-gvern qal li għamel dwar din il-liġi u sostna li għandu jkun ikkunsidrat li kienu biss 13-il koabitazzjoni kuntrattwali li fil-fatt kienu reġistrati.
Il-gvern qed jinjora d-drittijiet tal-4,000 familji li qed jgħixu f’koabitazzjoni de facto u qed iwarrab ukoll id-drittijiet tal-persuni li f’din it-tip ta’ relazzjoni li għandhom it-tfal u li jagħmlu tant sagrifiċċji għall-familji tagħhom.
Minbarra dan, il-gvern qed inaqqas ukoll id-drittijiet tal-persuni li jinsabu f’koabitazzjoni wara li wieħed mill-persuni fir-relazzjoni jmut. Jirriżulta li l-Gvern qed inaqqas ukoll id-drittijiet li kellhom il-persuni li jibqgħu ħajjin wara l-mewt tas-sieħeb jew sieħba tagħhom minn 10 snin għal sena. Mario de Marco sejjaħ din il-liġi bħala waħda konfużjonarja.
//= $special ?>