Rafael Nadal se jkun jista’ jirritorna għat-taħriġ qabel ir-rivali tiegħu Novak Djokovic minħabba t-tnaqqis tal-miżuri li l-Gvern Spanjol ħa dwar il-lockdown fil-pajjiż. Wara l-miżuri stretti li kienu imposti fl-Ewropa, ir-residenti Spanjoli bdew jirritornaw għan-normal b’restrizzjonijiet li bdew jitneħħew. Nadal jinsab fil-gżira ta’ Mallorca, post li kellu rata baxxa ta’ infezzjonijiet minn Marbella, il-post fejn Djokovic kien fi żmien il-lockdown, hekk kif is-Serb ma kienx fid-dar tiegħu f’Monte Carlo.
Is-sitwazzjoni ta’ Roger Federer hi ftit differenti hekk kif bħalissa qed jirkupra minn operazzjoni fl-irkoppa li saret fi tmiem l-Open tal-Awstralja. Għalkemm pajjiżu beda jneħħi xi restrizzjonijiet tal-lockdown, il-veteran mhux qed jippjana li jgħaġġel ir-ritorn tiegħu fil-court. Il-futur tat-tennis professjonali għal din is-sena jinsab f’dubju minħabba l-Covid-19. Wimbledon tħassar u l-Open ta’ Franza ġie skedat għalissa għal Settembru. It-tours ATP u WTA mistennija jiltaqgħu dwar il-futur tal-istaġun.
//= $special ?>