Sirjan ta’ 48 sena tressaq il-Qorti wara li l-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu, arrestatu aktar kmieni llum. Hu kien imfittex b’mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Ungerija.
L-istess mandat ta’ arrest jindika li Loiai Aljedla kien qed ikun imfittex fuq traffikar ta’ persuni kif ukoll fuq suspett li ffaċilita’ permessi ta’ dħul u residenza llegali.
Hu mifhum li dan ir-raġel kien diġa tressaq quddiem Qorti fl-Awstrija għadd ta’ snin ilu, b’akkużi simili, u kien weħel sentenza ta’ tlett snin priġunerija
L-akkużi li għandu kontrih, jiġifieri dawk ta’ traffikar tal-persuni u li ffaċilita’ permessi ta’ dħul, kif ukoll l-akkuża ta’ residenza llegali, jistgħu jwasslu għal sentenza ta’ sa għoxrin sena ħabs.
Is-Sirjan kien ilu jgħix f’Malta għal madwar sitt xhur. Hu kkontesta l-mandat ta’ estradizzjoni filwaqt li l-Qorti Maltija ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>