Lokali Parlament

Suspetti li kollox kien ippjanat biex l-Avukat Merciea jidħol jaħdem l-Uffiċċju tal-AĠ u wara jiddefendi lil Yorgen Fenech

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake sostna fil-parlament li hemm hemm suspetti li kollox kien ippjanat biex l-Avukat Mercieca jidħol jaħdem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, jikseb ċertu informazzjoni u wara jiddefendi lil Yorgen Fenech li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

David Thake qal li r-riżenja tal-Avukat Mercieca mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex mar jiddefendi lill-akkużat Yorgen Fenech seħħet f’inqas minn 24 siegħa. Hu kkritika r-rapport li ħareġ il-Ministru Zammit Lewis dwar dan il-każ fejn qal biss li d-deċiżjoni tal-avukat Mercieca kienet insenittiva.

(Xellug) L-akkużat Yorgen Fenech li issa kiseb is-servizzi tal-Avukat Mercieca (lemin)
li telaq mill-Uffiċċju tal-Aavukat ġenerali propju biex jassistih

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Yorgen Fenech mhux persuna akkużat b’akkuża żgħira iżda hu l-persuna akkużat bil-każ tas-seklu; fejn hemm suspetti kbar li anki l-Uffiċċju tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat kien involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

David Thake kompla li l-uniku esperjenza professjonali tal-Avukat Mercieca kienet fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u f’ittra lill-Avukat Ġenerali, anki l-membru parlamentari Ewropew Peter Omtigst qed jgħid li dan jagħti suspett qawwi li Yorgen Fenech qed juża’ s-servizzi tiegħu minħabba dak li Mercieca sar jaf kemm ilu jaħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Omtigst qed jgħid ukoll li Mercieca daħal jaħdem fl-Uffiċċju tal-AĠ biex jieħu informazzjoni minn ġewwa għaliex dan ilu biss sentejn jipprattika u pprattika biss f’dan l-Uffiċċju.

Hemm suspetti li din kienet mossa maħduma u mifthiema minn qabel u għalhekk il-Ministru Zammit Lewis kellu jagħmel dikjarazzjoni iktar qawwija u għandu jassigura li l-Avukat Mercieca ma ħadimx sahara meta kien hemm files miftuħa u mhux protetti fl-Uffiċċju tal-AĠ.

Il-Ministru Zammit Lewis għandu jagħti garanzija li l-avukat Mercieca ma kienx ingaġġat propju minħabba li ra xi informazzjoni fuq il-każ ta’ Yorgen Fenech. Il-poplu għandu jieħu risposta b’saħħitha għaliex dawn l-affarijiet m’humiex aċċettabbli u mhux jingħad biss li dawn huma insensittivi għaliex hemm dubju serji jekk dak li għamel l-avukat Mercieca jwassalx għal investigazzjonijiet kriminali għaliex il-ġustizzja mhux biss trid issir iżda trid tidher li qed issir.

David Thake tkellem dwar il-Liġi tal-Koabitazzjoni u qal li b’din il-liġi 4,000 familja se jmorru ħażin u kompla li dan il-gvern kisser it-tessut soċjali bil-każi ta’ Tony Zarb, tal-avukat Mercieca u tal-ex Ambaxxatur Zammit Tabona. Hu qal li huma l-vulnerabbli li għandhom bżonn id-difiża tal-Istat u sostna li l-gvern għandu jirrikonoxxi li l-familji Maltin inbidlu. Il-persuni li jkunu f’koabitazzjoni wkoll għandhom id-drittijiet u l-gvern għandu l-obbligu li jiggarantixxi dan.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern irid ireġġa’ l-arloġġ lura għall-4,000 familja li kisbu d-drittijiet tliet snin ilu. Il-gvern issa qed iħassar att li daħal fis-seħħ tlliet snin ilu biss u għalhekk mhix liġi li daħlet snin wtal ilu. Dwar din il-liġi kien hemm konsultazzjoni pjuttost wiesa’ u għalhekk mhux mifhum għaliex il-gvern qed ibiddel il-pożizzjoni tiegħu. Il-gvern qed jgħin lil min hu b’saħħtu biex jibqa’ jżomm kontroll.