Lokali Parlament

Tislima lil Jonathan Chetcuti u Anthony Tabone

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder sellem lil Jonathan Chetcuti li kien involut fil-vollyeball u lil Anthony Tabone li kien involut fix-xandir u l-industrija u li ħallew impatt u li mietu fl-aħħar ġranet.

Fil-parlament Karl Gouder qal li l-poplu għandu ħafna x’jitgħallem minn dawn iż-żewġ persuni u kompla li Jonathan kien bniedem li kien partikolari b’karattru ferrieħi li jferraħ lil kull min jiltaqa’ miegħu.

Jonathan Chetcuti

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Jonathan ħalla din id-dinja fl-età ta’ 41 sena u kien player tajjeb ħafna tal-volleyball. Hu kellu kumpanija kumemrċjali flimkien ma’ sieħbu u li issa hi rinomata u kien partitarju ta’ Neptunes WPC. Karl Gouder irringrazzja lil Jonathan għall-mod kif kien fierraħ lin-nies. Hu sellem lill-familja tiegħu.

Anthony Tabone

Dwar Anthony Tabone, Karl Gouder qal li kien sar jaf lil Anthony Tabone fil-media meta kien Chairman tal-Awtorità tax-Xandir. Minkejja l-karigi li kellu Anthony Tabone dejjem baqa’ persuna kriżmatika, umli u serja