Coronavirus Lokali Saħħa

3 każijiet ġodda – il-każijiet attivi huma 67

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1241 test fejn minnhom tliet każijiet irriżultaw pożittiv għall-Covid-19. It-total ta’ każijiet attivi għal din l-imxija huwa dak ta’ 67.

Il-każijiet mfejqa huwa dak ta’ 434, filwaqt li l-ammont kollu tal-każijiet f’Malta huwa dak ta’ 506.

Aħbar tajba fl-aħħar ħin hi li l-anzjan ta’ 72 sena li kien qiegħed jinżamm fl-ITU issa se jintbagħat id-dar biex ikompli jieħu l-kura mir-residenza tiegħu.

Intant il-Professur Charmaine Gauci tul il-bulettin mediku qalet li persuna jinsab f’qagħda kritika l-ITU.

Prof. Gauci spjegat li bħalissa hemm tliet pazjenti oħra li jinsabu fl-Isptar Boffa u tliet pazjenti fl-Isptar San Tumas. Il-pazjenti l-oħra jinsabu fid-djar tagħhom.

Il-każijiet tal-lum huma dawn:

Raġel Malti ta’ 58 sena li kien kuntatt mal-cluster ta’ omm u bint li ġew irrappurtati lbieraħ. Hu nstab permezz ta’ contact tracing. Hu ma kellux sintomi.

Iż-żewġ każijiet l-oħra huma relatati ma’ każ li ħareġ mill-Isptar Mater Dei. Żewġ Healthcare Workers, raġel ta’ 54 sena li kien fil-kwarantina, li fil-11 ta’ Mejju kellu s-sintomi u healthcare worker, mara ta’ 44 sena li s-sintomi żviluppawla fid-9 ta’ Mejju.

Charmaine Gauci appellat għall-koperazzjoni ta’ kulħadd għaliex fi kliemha stess “bħalissa ninsabu fi stadju ta’ tranżizzjoni”.