Coronavirus Ekonomija Lokali

Aktar effiċjenza u inqas burokrazija huma kruċjali għal irkupru wara Covid-19

Aktar effiċjenza u inqas burokrazija huma fundamentali biex is-suq ekonomiku jerġa’ jaqbad, biex b’hekk dejjem jiżdied l-aptit tal-investitur u tal-konsumatur, u li jistimula t-tkabbir ekonomiku.

Il-Malta Developers Association (MDA) qalet li hija tinnota li għadha qed tirċievi ilmenti dwar burokrazija eċċessiva, xogħol doppju, u informazzjoni kif ukoll talbiet konfliġġenti minn Dipartimenti tal-Gvern.

Sadanittant qed jiġi osservat li, sfortunatament, dawn il-problemi komplew jiżdiedu matul il-ġimgħat li għaddew, partikolarment mill-bidu tal-pandemija Covic-19.

Filwaqt li l-isforzi li qegħdin isiru sforzi minn kulħadd biex in-negozji jinżammu ħajjin peress li huma iebsa f’dawn iż-żminijiet, l-MDA qalet li temmen li d-Dipartimenti tal-Gvern, l-entitajiet differenti tagħha u il-Kunsilli Lokali għandhom ikunu huma li jiffaċilitaw iktar milli jagħmluha iktar diffiċli għan-negozji.

Ir-rapporti li għandha f’idejha l-MDA jinkludu burokrazija eċċessiva fuq affarijiet żgħar, fejn ġieli wkoll ikun hemm problemi fuq l-istess servizz bejn Dipartiment u ieħor u nuqqas ta’ koordinazzjoni ta’ entitajiet fl-istess aġenziji tal-Gvern li kollha jwasslu għal dewmien inaċċettabbli.

Dan l-aħħar huwa wkoll il-każ meta niġu għall-għajnuna dwar il-miżuri Covid-19. L-MDA qed tappella lill-Gvern u lill-aġenziji tagħha biex jippruvaw jintroduċu, mingħajr aktar dewmien sistemi ta’ organiżżati sabiex jiġu pprovduti servizzi aktar effiċjenti.

Dan għandu jsir permezz ta’ inqas burokrazija, użu ta’ infrastruttura aħjar tal-IT u aktar one-stop-stores filwaqt li tiġi rispettatata bis-sħiħ it-trasparenza u r-responsabbiltà.

Issa li l-pajjiż qed iħejji biex jiftaħ iktar l-attività ekonomika, l-MDA qed tinsisti għal anqas burokrazija, li hija waħda mill-ingredjenti ewlenin meħtieġa jekk il-pajjiż irid jirkupra malajr. F’dan il-kuntest, l-MDA diġà għamlet numru ta’ proposti u qed tistenna l-implimentazzjoni tagħhom.