L-awtoritajiet f’Wuhan qegħdin ifasslu pjani biex il-popolazzjoni sħiħa tal-belt (madwar 11-il miljun) tgħaddi minn testijiet għall-Covid-109. Il-pjan jidher li għadu fl-ewwel fażi, bid-distretti kollha ta’ Wuhan ( fil-provinċja ta’ Hubei) iridu jressqu d-dettalji ta’ kif jistgħu jsiru t-testijiet fi żmien għaxar ijiem. Dan wara li f’Wuhan, fi tmiem il-ġimgħa, feġġew sitt każi ġodda tal-Covid-19.
Wuhan, li xhur ilu kien l-epiċentru tal-virus. kien dam ħdax-il ġimgħa taħt lockdown strett u beda jerġa’ jiftaħ għan-nies fit-8 ta’ April. Qabel l-aħħar infezzjonijiet kienu ilhom ma jidhru każi tal-Covid-19 f’Wuhan mit-3 ta’ April.
Waqt li għal żmien, deher li l-ħajja f’Wuhan kienet miexja lejn in-normal – bl-iskejjel u l-ħwienet jerġgħu jiftħu – il-‘cluster’ ta’ infezzjonijiet ġodda li feġġ jiem ilu fl-istess zona residenzjali tal-belt, jidher qed jhedded din il-possibbiltà.
//= $special ?>