Il-Malta Handball Association ħabbret li temmet l-istaġun 2019/20 b’effett immedjat filwaqt li ħadet id-deċiżjoni li tissospendi l-logħob li kien fadal u trebbaħ il-kampjonati ta’ diversi kategoriji.L-Assoċjazzjoni ma kelliex indikazzjoni meta l-handball seta’ jitkompla u minħabba li dan l-isport hu wieħed ta’ kuntatt, ma kinux qed jaraw il-possibbiltà li jerġgħu jibdew malajr. L-MHA hi marbuta b’dati mill-Federazzjoni Ewropea dwar il-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun li jmiss. Id-deċiżjoni finali ttieħdet wara konsultazzjoni mal-klabbs kif ukoll mal-Federazzjoni Ewropea.
Il-Kunsill tal-Malta Handball Association iddeċieda b’mod unanimu li r-rebbieħa u dawk li spiċċaw fit-tieni post ta’ kull kampjonat ikunu rikonoxxuti fuq żewġ raġunijiet. Il-kampjonat li kienu waslu fil-play-offs, ittieħdet il-klassifika finali kif spiċċaw it-timijiet fl-istaġun regolari. Il-kampjonat li kienu għadhom ma spiċċawx l-istaġun regolari, ittieħdet il-klassifka attwali. F’każ fejn timijiet ma lagħbux l-istess logħbiet, ittieħdet il-medja ta’ punti kull logħba.
Dan ifisser li Swieqi Yobetit Phoenix huma r-rebbieħa tal-kampjonat tal-irġiel segwiti minn Kavallieri RS2. Fuq in-naħa l-oħra, Kavallieri RS2 ġew iddikjarati bħala rebbieħa tal-kampjonat tan-nisa segwiti minn Swieqi Yobetit Phoenix. La Salle rebħu l-kampjonat ta’ taħt il-21 sena tal-irġiel u Kavallieri RS2 rebħu l-kampjonat ta’ taħt il-21 sena tan-nisa.
Ir-rebbieħa kollha
Kampjonat tal-irġiel Swieqi Yobetit Phoenix
Kampjonat tan-nisa Kavallieri RS2
Kampjonat U21 irġiel La Salle
Kampjonat U21 nisa Kavallieri RS2
Kampjonat U17 irġiel Aloysians
Kampjonat U17 nisa Kavallieri
Kampjonat U15 subien Kavallieri
Kampjonat U15 bniet Kavallieri
Kampjonat U13 subien Kavallieri
//= $special ?>