Lokali Saħħa

“Il-problema ta’ nuqqas ta’ infermiera għadha hemm” – MUMN

Il-Gvern se jirrikorri biex jipprova jsolvi din il-problema billi jġib numru ta’ infermiera mill-Indja.

“Il-problema ta’ nuqqas ta’ infermiera għadha hemm”. Dan ikkonfermah il-President tal-MUMN Paul Pace f’konferenza tal-aħbarjiet li ttellat fil-Jum Internazzjonali tal-Infermiera.

Paul Pace żvela li f’Malta kellhom jiġu u effettivament se jiġu mat-300 infermier mill-Indja. B’din l-aħbar il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, deher viżibilment skomdu.

Waqt il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Paul Pace sostna illi jixtieq li l-problema tan-nuqqas ta’ infermiera tissolva billi jsir investiment ħalli aktar Maltin jitħajjru jieħdu din il-vokazzjoni bħala professjoni tagħhom.

Intant, meta saqsejnih għal darba darbtejn jekk hux kuntent bil-pariri ekonomici li qed jiehu l-Gvern mingħand l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fl-eqqel tal-imxija preżenti, il-Ministru Chris Fearne naqas milli jwieġeb.

Fil-filmat onlajn għal din il-konferenza sa anki inqatgħet il-parti kollha tal-mistoqsijiet biex il-pubbliku ma jkunx jista’ jsegwi d-domandi tal-ġurnalisti.