Bla dubju li din is-sena, il-Eurovision Song Contest kellu jieħu dimensjoni differenti mis-snin preċedenti minħabba l-pandemija tal-coronavirus.
Iżda biex xorta jkun hemm dak is-sena ta’ eċċitament fost il-fans kollha tal-Eurovision, se jittellgħu żewġ wirjiet speċjali li se jixxandtu fl-istess dati li suppost kellhom isiru s-semi finali ta’ dan l-akbar avveniment mużikali fl-Ewropa.
Bl-ewwel serata ssir proprju llejla fis-21.00, fuq il-YouTube Channel ‘Eurovision Song Contest’. Illejla l-pubbliku Malti se jkun jista’ jisma’ d-diska ta’ Destiny bl-isem ta’ ‘All of my love’.
It-tieni serata mbagħad issir nhar il-Ħamis li ġej. Dawn iż-żewġ serati se jikkumplimentaw l-ispettaklu ‘Eurovision: Europe Shine A Light’, li se jixxandar fil-jum meta suppost kellu jsir il-finali tal-Eurovision Song Contest, proprju nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju.