Coronavirus Internazzjonali

Kważi 1,000 każ ġdid fil-Ġermanja

Fl-aħħar sigħat l-ammont ta’ infezzjonijiet fil-Ġermanja tela’ għal 933, bil-każijiet totali fil-pajjiż jitilgħu għal aktar minn 170,000.

L-aħħar rapporti qed jindikaw li kien hemm żieda ta’ kważi 400 każ mil-lejliet. Il-Ġermanja fl-aħħar jiem bdiet tneħħi ftit ftit il-miżuri ta’ lockdown madanakollu, issa aktar minnn qatt qabel, hemm it-tħassib li t-tieni mewġa ta’ din l-imxija tinsab fil-qrib.

Ħafna iżda qed jgħidu li dan in-numru kbir jista’ jkun qed jirrifletti numri li nstabu lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet u li l-informazzjoni dwarhom baqgħet m’għaddietx. Din l-istqarrija iżda hija biss spekulazzjoni.

It-total ta’ vittmi fil-Ġermanja b’kawża tal-Coronavirus issa tela’ għal aktar minn 7,500.