Numru ta’ zoni fil-pajjiż bħalissa jinsabu mingħajr elettriku. Filfatt numru ta’ bliet u rħula fin-nofsinhar ta’ Malta fl-aħħar ħinijiet rrappurtaw qtugħ ta’ dawl. Dawn jinkludu Marsaskala, il-Gudja, il-Fgura u Ħaż-Żabbar.
Fi stqarrija fuq Facebook, l-Enemalta għarrfet lill-pubbliku li qed tesperjenza xi diffikultajiet li qed jaffettwaw il-provvista tal-elettriku għal partijiet ta’ Malta.
Enemalta qalet li aktar aġġornamenti dwar il-kwistjoni se jiġu kkomunikati fil-ħin li ġej.
//= $special ?>