It-Tlieta filgħaxija, tfajla Taljana ta’ 15-il sena, residenti San Ġwann, tilfet ħajjitha f’Tas Sliema wara li waqgħet minn gallarija fi blokka ta’ appartamenti fiż-żona magħrufa bħala Fort Cambridge viċin kumpless kummerċjali.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00pm.

Fil-post issejħu mill-ewwel il-pulizija mill-għassa tad-distrett u tim mediku. Madankollu, sfortunatament it-tfajla ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Minn investigazzjonijiet preliminari, jidher li t-tfajla waqgħet għoli ta’ 4 sulari.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal din it-traġedja filwaqt li l-invetigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja.
Dwar dan il-każ infetġhet inkjesta mill-maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret ukoll diversi esperti biex jgħinuha.
//= $special ?>