Lokali Parlament

Proposta biex il-gvern jgħin direttament lill-Gozo Channel ma tfallix

Proposta mill-PN għal twaqqif ta’ kumitat biex l-ekonomija Għawdxija tirkupra wara COVID 19

Proposta tad-deputat Nazzjonalista Chris Said biex il-gvern jgħin direttament lill-Gozo Channel biex ma tfallix quddiem l-isfida tal-COVID 19 sabet l-appoġġ tal-membri kollha tal-Kumitat Parlamentari għal Għawdex u għalhekk din se tkun riflessa fi proposta kollettiva tal-Kumitat lill-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said iressaq proposta
għal għajnuna lill-Gozo Channel

Din il-proposta saret fit-tieni laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għal Għawdex fejn ipparteċipaw rappreżentanti ta’ Assoċjazzjoni Għawdxija u l-Gozo Channel.

Sean Zammit, mill-Assoċazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin li Jaħdmu Malta, qal li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta jammontaw għal 3,000 ħaddiem u sostna li l-inċertezza fl-ekonomija Għawdxija tingħeleb jekk il-pajjiż kollu jaġixxi flimkien.

Hu spjega li 50% tal-GDP ġej mit-turiżmu u għalhekk jeħtieġ li jkun hemm diversifkazzjoni fl-ekonomija, Dan jista’ jwassal għal effetti negattivi fuq l-ekonomija Għawdxija. Jeħtieġ li jkun hwn kunsiderzzjoni fuq normalità ġdida u li għall-futur jibnea fuq it-tajjeb.

Hu appella għal pjan strateġija għal Għawdex li għandu u qal li l-Assoċjazzjoni qed tipproponi li l-ħaddiema Għawdxin fis-settur pubbliku għandhom jingħataw jumejn fil-ġimgħa ta’ teleworking bla applikazzjoni. Proposti oħra li jkun hemm inċentivi fiskali lill-kumpaniji Maltin biex jagħtu telework lill-ħaddiema Għawdxin.

Importanti li jitlesta l-hub, il-park and ride, ikun hemm priojrità fit-trasport għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta, ikun hemm roħs fil-petrol u d-diesel u jissaħħaħ l-impenn għal xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin. Hu appella biex titwaqqaf aġenzija reġjonali ‘Gozo Enterprise’ biex tattira investiment ġdid lejn Għawdex.

Sean Zammit insista fuq id-diversifikazzjoni tal-ekonomija u identifika numru ta’ setturi ekonomiċi li jistgħu jendu ekonomija sostenibbli f’Għawdex.

Jeħtieġ ikun hemm kooperazzjoni bejn l-entitajiet Għawdxin, sostna Sean Zammit, li enfażizza wkoll l-anomalija dwar il-pagi tal-ħaddiema Għawdxin u l-ħaddiema Maltin fis-settur privat.

Joe Cordina, iċ-Chairman tal-Gozo Channel, tkellem dwar il-miżuri li ħadet il-kumpanija meta faqqgħet il-COVID 19 u spjega l-prekawzjonijiet li ttieħdu. Hu qal li l-kumpanija kellha telf kbir fid-dħul tagħha u għalhekk għandu jkun hemm l-għajnuna diretta mill-gvern biex il-kumpanija tkun tista’ tibqa’ topera. F’April id-domanda naqset bi 80% u l-kumpanija kellha telf ta’ iktar minn €1 miljun.

Il-Gozo Channel qed tiffaċċja diffikultajiet kbar minħabba l-COVID 19

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-miżuri li ttieħdu kienu tajbin u waslu biex in-numru ta’ persuni li kienu infettati f’Għawdex kien baxxa ħafna komparat ma’ Malta. Hu staqsa dwar l-indafa fuq il-vapuri bħalissa u appell lill-gvern biex jikkunsidra l-aspetti soċjali tal-Gozo Channel minħabba li din hi l-ħajja tal-Għawdxin.

Għalhekk il-gvern m’għandux jixxaħħaħ mal-Gozo Channel, sostna Chris Said, li qal li l-Gozo Channel għandha kompetizzjoni ħarxa minkejja li għandha monopolju. Chris Said staqsa wkoll dwar il-kontijiet tal-Gozo Channel li m’humiex pubblikati u ppropona li titressaq proposta lill-gvern biex jgħin direttament lill-Gozo Channel biex din issalva quddiem dawn l-isfidi.

Joe Cordina qal li bħalissa l-Gozo Channel qed topera b’żewġ vapuri li qed ilaħħqu tajjeb; dan juri li għad hemm biża’ kbir fost il-poplu. Dwar is-suq intern, Joe Cordina qal li r-raba’ vapur Nicolaos mar lura l-Greċja u kompla li f’dan il-perjodu dan qed jitħallas rata ħafna inqas, fil-livell ta’ wieħed f’seba’. Il-Gozo Channel qed tiffranka flus kbar minn dan il-ftehim li kien sospiż għal xahrejn.

Dwar il-kontijiet li kienu pubblikati sentejn ilu, iċ-Chairman tal-Gozo Channel qal li “weħilna” għax kien hemm issues ta’ accounting li kienu qed jiġu trattati iżda issa se jkunu pubblikati. Il-qligħ tal-Gozo Channel fl-2019 kien ta’ €2 miljuni.

Għal mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-vapur se jirritorna lura wara 60 ġurnata għalkemm jista’ jkun li hemm estensjoni tas-sospensjoni għal 60 ġurnata oħra.

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ta preżentazzjoni dwar il-miżuri li ħa l-gvern quddiem il-COVID 19. Mistoqsi minn Chris Said dwar il-post COVID 19, il-Ministru għal Għawdex qal li m ħatar ebda kumitat li qe djaħdem fuq post COVID 19 iżda qed issir evalwazzjoni minn esperti u entitajiet Għadwxin li qed ifasslu numru ta’ proposti. Mhux eskluż li jinħatar kumitat uffiċjali bl-involviment tal-Oppożizzjoni biex jiddikustu dawn il-proposti.

Chis Said appella biex ma jkunx hemm dewmien biex titwaqqaf din l-istruttura biex wara l-COVID 19, l-ekonomija Għawdxija terġa’ tikrupra.