Il-linja tal-ajru Ryanair se terġa’ tibda topera 40% tat-titjiriet tagħha mill-1 ta’ Lulju li ġej wara li kienet ilha b’servizz imnaqqas ferm sa minn nofs Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 fejn l-ajruplani tal-kumpanija kienu ‘grounded’ f’ajruporti madwar id-dinja kollha.
Fi stqarrija Ryanair ħabbret li se tkun qed topera skeda ta’ titjira kuljum. L-ekwipaġġ u l-passiġġieri abbord se jilbsu maskri u titeħdilhom it-temperatura qabel jitilgħu fuq l-ajruplan. Madanakollu, għadu mhux ċert jekk huwx se jkun hemm xi tip ta’ miżuri ta’ Social Distancing imposti.
//= $special ?>