Il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi se jkun qed imexxi inkjesta indipendenti fis-sitwazzjoni tal-Avukat Charles Mercieca.
Dan wara li fl-aħħar ġranet l-avukat imsemmi li kien impjegat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rriżejna mill-impjieg tiegħu u l-għada beda jippatroċinja lill-Jorgen Fenech li huwa akkużat kompliċi bl-allegat involviment fl-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Ma dan il-każ bħalissa għaddejja kumpilazzjoni fil-qrati ta’ Malta.
Din l-inkjesta trid tkun lesta sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ġunju 2020.
//= $special ?>