Lokali Parlament

Tibqa’ mhux konkluża l-inkjesta dwar il-ħruq fl-impjant ta’ Sant’Antnin

Filmat tan-nar fl-impjant ta' Sant'Antnin mill-ajru

Minkejja li għaddew tliet snin, l-inskjeta dwar il-ħruq li sar fl-Impjant tar-Riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin għad mhix konkluża.

Dan ikkonfermah il-Ministru Edward Zammit Lewis fil-parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg. Il-Ministru Zammit Lewis qal li din hi inkjesta maġisterjali u għalhekk ir-responsabbiltà biex din titlesta hi tal-maġistrat li qed jagħmilha.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg

L-impjant kien inħaraq b’mod qawwi f’Marzu 2017 u mill-ewwel kien hemm appelli biex jingħataw l-ispjegazzjonijiet wara dan il-ħruq. Jidher li l-politika tal-gvern issa hi li dan l-impjant, flimkien ma’ impjanti oħra, jsiru fil-Magħtab fejn inqalgħet kontroversja kbira għall-fatt li l-Gvern se jkollu jieħu ammonti kbar ta’ art agrikola biex iwettaq il-pjani tiegħu. Dan meta sa ftit xhur ilu biss il-gvern kien ta assigurazzjoni li mhux se tintmiss art agrikola.

Din is-sitwazzjoni wasslet biex ftit ilu kien żvelat li fil-Magħtab mhux isir separazzjoni tal-iskart li qed jidħol fil-Magħtab.