Formula 1 Sport

Vettel se jħalli lil Ferrari fi tmiem l-istaġun

(Ritratt: EPA)

Kmieni dalogħdu tħabbar li s-sewwieq tal-Formula 1 Sebastian Vettel se jkun qiegħed iħalli lil Ferrari fi tmiem l-istaġun. Dan wara li għal dawn l-aħħar xhur il-Ġermaniż kien jinsab f’diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim dwar kuntratt ġdid iżda jidher li dan ma seħħx.

L-erba’ darbiet champion tal-Formula 1 wieħed qal li biex fi sport bħal dan jiġi s-suċċess il-partitjiet kollha jridu jaħdmu f’armonija. “Dak li ġara f’dawn l-aħħar xhur wassalni biex naħseb dwar il-veru prijoritajiet f’ħajti” kompla Vettel b’referenza għall-pandemija tal-coronavirus.

Hu temm billi rringrazzja lil dawk kollha li kienu nvoluti f’dan iż-żmien tiegħu ma’ Ferrari b’mod speċjali lill-partitarji. Il-Prinċipal tal-Ferrari, Mattia Binotto qal li hu u Vettel qablu li jkun l-aħjar jekk il-Ġermaniż iħalli lit-tim fi tmiem l-istaġun li ġej.

Sebastian Vettel issieħeb ma’ Ferrari lura fl-2015 fejn magħhom rebaħ 14 –il Grand Prix. Il-futur ta’ Vettel ma’ Ferrari ħa daqqa ta’ ħarta l-istaġun li għadda meta mat-tim Taljan issieħeb il-Franċiż Charles Leclerc li saħansitra spiċċa qabel l-istess Vettel fil-klassifika finali tal-Formula 1.