Fl-aħħar 24 siegħa fiequ żewġ persuni sabiex issa t-total ta’ persuni mfejqa f’pajjiża telgħu għal 436.
Dan tħabbar mis-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika saħqet li minn 1,143 test li twettqu ħarġu 2 każi pożittivi. Dan ifisser li l-każi totali fil-Gżejjer Maltin laħqu l-508 bil-każi attivi huma dawk ta’ 66 wieħed.
Profs. Charmaine Gauci kkonfermat is-sitt fatalità li kellna tul il-lejl u saħqet li r-raġel ta’ 53 sena kien isofri minn kundizzjoni kronika
Dan ifisser li l-maġġoranza assoluta tal-fatalitajiet li kellna fil-Gżejjer Maltin kawża ta’ Covid-19 kienu pazjenti li ġew infettati bil-virus waqt li kienu rikoverati fi sptar lokali.
Iż-żewġ każi ġodda jinvolvu tfajla ta’ 24 sena u healthcare worker fl-Isptar Karin Grech, ilkoll kienu taħt kwarantina wara li kellu x’jaqsmu ma’ żewġ każi separati oħra.
Professur Charmaine Gauci saħqet li s’issa ttestjaw pożittiv total ta’ 30 healthcare worker. Hija fakkret li ankè huma jagħmlu parti mill-komunità.
Aktar dettalji kif jaslulna.
//= $special ?>