Lokali

Ian Castaldi Paris elett minflok l-eks Deputat Chris Cardona

Ian Castaldi Paris se jkun qed jieħu s-siġġu li sa ftit tax-xhur ilu kien okkupat minn Chris Cardona, il-Ministru tal-Ekonomija fil-kabinett ta’ Joseph Muscat.

Cardona rriżenja mill-Parlament ftit tal-ġranet ilu filwaqt li żamm postu bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Dan wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħallih barra mil-Kabinett tiegħu.

In-Nutar Castaldi Paris ġie elett fuq it-Tmien Distrett f’elezzjoni każwali fuq kontra l-unika kandidata l-oħra li tefgħet in-nomina tagħha, Rachel Tua.

Fl-elezzjoni tal-2017 hu kien ġab 232 vot fl-ewwel għadd.

Castaldi Paris hu eks Sindku tal-lokalità ta’ Ħal Lija.