Minn dikjarazzjoni tal-gvern fil-parlament jirriżulta li l-gvern mhux se jkun qed jikkumpensa inġustizzji li twettqu wara l-2103 u ma ntroduċa l-ebda skema biex tikkumpensa lil dawn il-persuni vittmi ta’ inġustizzji.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa lill-Ministru Michael Falzon jekk l-iskema li ħababr il-gvern tinkludix ukoll każi ta’ inġustizzji li seħħew wara l-2013 għaliex hu magħruf li wara l-2013 saru numru ta’ inġustizzji.
Il-Ministru Michael Falzon wieġeb li din is-sena qed isir ir-raba’ pagament fejn il-persuni huma l-istess fl-erba’ kategoriji li applikaw. Hu qal li f’dawn l-iskemi l-gvern qed jirriferi għal ex ħaddiema tal-korpi, tal-Malta Electricty Board, il-Malta Gas Board u oħrajn bħall-pulizija minħabba s-sahra.
Il-Ministru Falzon qal li uħud minn dawn l-ilmenti ilhom ġejjin minn qabel l-1979 minħabba li kienet daħlet fis-seħħ il-pensjoni taż-żewġ terzi. Kien hemm ukoll min rebaħ kawża l-qorti u l-gvern ħass li moralment kellu jagħmel tajjeb għal dawn il-każi. Għalhekk din is-sena se jkun qed isir ħlas ta’ €13-il miljun f’dawn l-iskemi.
//= $special ?>