Lokali Parlament

Il-Gvern qed jonqos milli jwettaq politika kontra l-obeżità fl-iskejjel

Robert Cutajar PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna fil-parlament li l-gvern qed jonqos minn dak li ftiehm ħames snin ilu biex iwettaq politika kontra l-obeżità fost it-tfal u fl-iskejjel.

Robert Cutajar qal li l-PN ikkonferma li ż-żgħażagħ u l-isport għandhom ikunu elevati għal ministeru u sostna li kien fl-2015 li ressaq private members billi li kien jitratta l-ġlieda kontra l-obeżità. Wara ħames snin il-proposti maqbula ma kienux implimentati mill-gvern biex il-ġlieda kontra l-obeżità tkun miġġielda.

Il-PN jemmen li l-obeżità għandha tkun trattata b’mod ġenerali u mhux minn ministeru wieħed. L-obeżità kienet waħdamill-problema kbar li kellu l-pajjiż qabel bdiet il-COVID 19. Malta kienet fit-tieni post fit-tfal li għandhom piż eċċessiv.

Il-gvern għadda lill-poplu biż-żmien, sostna d-deputat Nazzjonalista, li spjega kif il-parlament kien qabel li b’ħames avviżi legali jmiss lis-soċjetà kollha biex il-ministri jingħaqdu flimkien f’din il-ġlieda. Robert Cutajar qal li bord konsultattiv iltaqa’ 30 darba iżda ma tawx il-parir lill-gvern biex idaħħal l-avviżi legali. 40% tat-tfal fil-pajjiż huma obeżi, spjega Robert Cutajar, li kompla li dan qed iwassal għal iktar imwiet.

Dan qed iwassal ukoll għal ċertu mard u diffikultajiet fosthom l-infertilità, attakki tal-qalb u l-kanċer. Jirriżulta li l-ħin allokat għall-eżerċizzju fiżiku fl-iskejjel tas-seba’ u t-tmien sena hu biss ta’ tliet elezzjonijiet fil-ġimgħa waqt li hemm ukoll studenti li jkollhom biss żewġ lezzjonijiet fil-ġimgħa.

Jeħtieġ ukoll kampanja edukattiva għall-ommijiet dwar x’ikel għandu jittiekel waqt it-tqala. Robert Cutajar appella biex f’kull skola fil-pajjiż jkun hemm ħin allokat kuljum għal eżerċizzju fiżiku. Il-ġenituri m’għandhomx iħallu lit-tfal jilgħabu għal ħin twil logħob fuq it-televiżjoni.

Is-saħħa hi imprezzabbli, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-ġenituri għandhom jassiguraw li t-tfal ajgħmlu l-lezzjonijiet fiżiċi anki f’dan il-perjodu tal-COVID 19.

Il-PN kien insista wkoll li l-ikel fl-iskejjel ikun tajjeb għas-saħħa waqt li jkun hemma ċċessibbiltà b’xejn għall-ilma fl-iskejjel. Dan mhux qed isir fl-iskejjel kollha, sostna Robert Cutajar,