Lokali

Il-ħatriet politiċi fid-diplomazija iridu jsiru b’responsabbilta’

L-eks Ambaxxatur Michael Zammit Tabona ma' Michelle Muscat, mart l-eks PM Joseph Muscat

“Il-Patrunaġġ politiku m’għandux jinkludi d-diplomazija.” Kliem il-lettur George Vital Zammit hekk kif kien qed jikkummenta waqt il-programm Net Live dwar il-post tal-eks Ambaxxatur ta’ Malta għall-Fillandja Michael Zammit Tabona fejn attakka lill-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel.

Fl-aħħar jiem, Zammit Tabona, li nħatar ambaxxatur seba’ snin ilu mill-Gvern ta’ Joseph Muscat, qabbel lill-Kanċillier tal-Ġermanja mal-Mexxej Nazista Adolf Hitler.

George Vital Zammit qal li kitbiet bħal dawn mhux biss huma imbarazzanti ghall-individwu iżda wkoll għall-pajjiż li jkun qed jirrappreżenta. Hu saħaq li kemm jista’ jkun, l-ambaxxaturi ma jkunux ħatriet politiċi jew jekk isiru, dawn isiru b’responsabbilta’.

Kompla illi filwaqt li l-apoloġija immedjata mill-Ministeru aktarx sewwiet ħafna mill-ħsara, George Vital Zammit qal li din kienet kwistjoni li ma kellniex x’irriduha u li bħala pajjiż, ma naffordjawx innaffru player importanti fil-politika Ewropea  bħalma hi l-Ġermanja.