Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kiteb lill-Awditur Ġenerali fejn infurmah illi huwa qed jifhem illi l-istess Awditur Ġenerali se jkun qed iwettaq investigazzjoni b’rabta mal-konklużjonijiet li wasal għalihom il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika fuq użu ta’ fondi pubbliċi sabiex saru reklami tal-paġni ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari Laburisti fuq il-mezzi soċjali tagħhom.
Adrian Delia ħeġġeġ lill-Awditur Ġenerali sabiex jagħti prijorità lil din l-investigazzjoni bil-għan li l-poplu Malti jitħallas lura dawn il-flus li ntefqu bl-aktar mod abbużiv, u fakkru li fir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, nstab li diversi Ministri u Segretarji Parlamentari Laburisti użaw mijiet ta’ eluf ta’ ewro għall-interessi personali u partiġġjani tagħhom.
Intant, segwi l-kummenti li tawna l-Ministri meta staqsejna dwar l-iskandlu tal-użu ħażin ta’ fondi pubbliċi.
//= $special ?>