Formula 1 Sport

Illum is-70 anniversarju mill-ewwel Grand Prix tal-Formula 1

(Ritratt: Formula 1)

Bħal-lum sebgħin sena saret l-ewwel Grand Prix tal-Formula 1. Wara numru ta’ tlielaq mhux organizzati, fit-13 ta’ Mejju tal-1950 beda l-ewwel kampjonat organizzat fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. L-ewwel rebbieħ ta’ tellieqa kien Giuseppe Farina, l-istess sewwieq li rebaħ l-ewwel kampjonat tad-dinja b’karozza Alfa Romeo. Is-snin 50 ġew iddominati mill-Arġentin Juan Manuel Fangio li rebaħ ħames kampjonati.

Mill-ewwel Grand Prix, saru 1,018 tellieqa minn kważi 800 sewwieq minn 40 pajjiż. B’kollox rebħu l-kampjonati 33 sewwieq differenti. B’seba’ kampjonati tad-dinja, il-Ġermaniż Michael Schumacher hu l-aktar sewwieq li rebaħ kampjonat kif ukoll tlielaq, b’total ta’ 91 tellieqa. Warajh jinsab is-sewwieq u champion preżenti Lewis Hamilton b’sitt kamponati. Sfortunatament, fis-70 anniversarju mill-ewwel kampjonat, l-istaġun 2020 għadu ma bediex minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Ara l-filmat tal-ewwel tellieqa f’dan il-link: https://www.facebook.com/Formula1/videos/2033794766764715