Lokali

“L-importanza li nibqgħu viċin in-nies” – Adrian Delia mas-Sindki

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’laqgħa virtwali li kellu ma numru ta’ Sindki fejn il-Partit Nazzjonalista jinsab f’maġġoranza saħaq li l-politiċi anke fuq livell lokali għandhom jibqgħu viċin in-nies.

Huwa rringrazzja lis-Sindki li flimkien mal-Kunsillieri Lokali u l-istaff tal-Kunsilli Lokali baqgħu jaħdmu anke f’dan il-mument diffiċli ħafna għall-pajjiżna. Minkejja kollox, il-Kunsilli Lokali baqgħu iservu bħala punt ta’ referenza għar-residenti tal-lokal sabiex fihom isibu s-sostenn u l-wens f’dak li jkollhom bzonn.

Il-laqgħa hi waħda minn sensiela ta’ laqgħat virtwali li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista ma’ diversi setturi tas-soċjeta’. It-tliet għanijiet prinċipali huma li jibqa’ qrib is-soċjeta’ f’dan il-mument ta’ emerġenza medika, li jifhem minn xiex għaddejjin setturi differenti u jkun proattiv fis-soluzzjonijiet offruti u li jisfrutta l-opportunita’ li offriet din il-pandemija f’termini ta’ użu ta’ teknoloġija għal iktar effiċjenza fix-xogħol.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Viċi Kapijiet tal-PN David Agius u Robert Arrigo, is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali id-Deputat Karl Gouder u l-Ko-ordinatur tal-PN għall-Kunsilli Lokali Charles Bonello