Connected Care, il-fornitur tas-servizz Telecare, qed joffri lill-klijenti anzjani u dawk vulnerabbli l-installazzjoni mingħajr ħlas matul l-imxija tal-Covid-19, biex jgħin lil dawn il-komunitajiet jaċċessaw dan is-servizz importanti ta’ emerġenza 24 siegħa kuljum.
Telecare, li hu disponibbli għall-klijenti tal-operaturi kollha tat-telekomunikazzjoni b’linja fissa, inkluż Melita, ipprovda matul is-snin, serħan tal-moħħ kemm għall-utenti kif ukoll għal qraba, permezz ta’ aċċess kontinwu għal ċentru ta’ telefonati speċjalizzat f’każ ta’ emerġenza.
Dan permezz ta’ hub ġewwa d-dar, jew pendent li jintlibes mill-utent, fejn bih jista’ jsir kuntatt immedjat maċ-ċentru billi sempliċement tingħafas buttuna.
L-operaturi tat-Telecare huma mħarrġa biex joffru appoġġ lill-utenti li jikkuntattjaw iċ-ċentru u biex fl-istess waqt jieħdu ħsieb li jikkuntattjaw is-servizzi ta’ emerġenza u qraba.
Is-sistema tat-Telecare tista’ wkoll tkun imqabbda ma’ sensers oħra ġewwa d-dar li, pereżempju, jistgħu jindunaw b’moviment u issir sejħa f’każ li dan ikun meħtieġ. Is-servizz huwa disponibbli għall-klijenti kollha ta’ Melita b’miżata annwali ta’ €48.
Lucienne Vassallo, General Manager ma’ Connected Care Ltd, qalet, “L-imxija ta’ Covid-19 għamlitha aktar diffiċli għan-nies biex jiċċekkjaw u jieħdu ħsieb il-persuni anzjani jew maħbubin vulnerabbli.
Dan, inevitabbilment, qed iżid l-istress li din is-sitwazzjoni qed toħloq. Il-ħsieb li nneħħu l-ħlas tal-installazzjoni għal Telecare, kien imnebbaħ biex ngħinu lil dawn il-familji, irrispettivament minn liema kumpanija tat-telekomunikazzjoni huma abbonati, biex ikollhom is-serħan tal-moħħ. Jafu li jekk jiġri xi ħaġa, huma u s-servizzi ta’ emerġenza se jkun imwissija mill-ewwel.”
Għal aktar tagħrif dwar Telecare, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2142 4949 jew jibgħat imejl lil info@connectedcare.mt.
//= $special ?>